Stħarriġ ippublikat mill-Awtorità Maltija għal-logħob juri li 53% tal-popolazzjoni Maltija lagħbtet €158,000,000 fl-2017.
Dan ifisser €3 miljun iżjed minn sentejn qabel jiġifieri fl-2015. Dan l-istħarriġ sar minn Dr. Gordon Cordina u s-Sur Vince Marmara.
Juri li bejn 1% u 2% ta’ dawn in-nies għandhom il-vizzju tal-logħob. Iżda 47% tal-persuni jilgħabu b’xejn jiġifieri mingħajr ma jonfqu flus.
Is-Segretarju Parlamentari għas servizzi finanzjarji Silvio Schembri qal li dan l-istħarriġ jitfa lil pajjiżna fil-medja Ewropea iżda xorta waħda l-gvern alloka €1,000,000 sabiex tintefaq fost dawk ivvizzjati minn dan il-vizzju.