Minn tal-inqas 53 persuna mietu kawża ta’ nirien li ħakmu kumpless tax-xiri u d-divertiment f’Kemerovo, fis-Siberja. Mal-wieħed u erbgħin tifel u tifla jistgħu jkunu fost il-vittmi filwaqt li sittax-il persuna oħra huma rrapurtati nieqsa.
Il-kawża tan-nirien għadhom mhumiex magħrufa iżda l-awtoritajiet ħabbru investigazzjoni dwar il-każ.