Il-Prosekuturi fin-Niġerja akkużaw grupp ta’ 53 persuna wara li ġie allegat li kienu qed jippjanaw li jiżżewġu ma’ persuna oħra tal-istess sess.
L-akkużati wieġbu mhux ħatja għall-akkużi miġjuba kontrihom bl-avukati difensuri jgħidu li huma ġew arrestati illegalment.
L-akkużati ngħataw il-ħelsien mill-arrest u l-każ se jkompli jinstema’ fit-8 ta’ Mejju.
Atti omosesswali huma pprojbiti fin-Niġerja u persuna tista’ teħel sa erbatax-il sena ħabs jekk tmur kontra dawn ir-regoli.