Attakk suwiċidja f’ Ċentru tar-Reġistrazzjoni tal-votanti fil-Kapitali tal-Afghanistan – Kabul, qatel minn tal-anqas tnejn u ħamsin persuna fosthom wieħed u għoxrin tfajla u ħamest t’ itfal.
Dan filwaqt li mija u tnax il-persuna oħra sfaw midruba f’ din il-bomba li laqtet folla ta’ nies li kienu qed jistennew fl-entratura ta’ dan il-bini.L-Istat Islamiku qed jerfa’ r-responsabilta ta’ dan l-attakk. Dan meta r-reġistrazzjoni tal-votanti bdiet aktar kmieni din il-ġimgħa, dan hekk kif resqin l-elezzjonijiet ta’ Ottubru li ġejjin.
Rapporti nternazzjonali qed is-sostnu lill-agressur li wettaq dan l-attakk kien liebes ċinturin mimli splussiv.
Sa’ issa diġa kien hemm erba attakki f’ dawn iċ-ċentri f’ ġimgħa waħda biss. Fejn sa’ issa diġa nqatlu mal-mitt persuna f’ entitajiet, binjiet u ambaxxatti minn Jannar l’ hawn.