F’Malta hawn iktar mal-31,500 ħaddiem barrani, il-maġġoranza tagħhom minn pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea.
Il-Ministru Evarist Bartolo qal fil-parlament li fl-aħħar ta’ April, fuq ir-registru tal-Jobsplus kien hemm 23,000 ħaddiem mill-UE jaħdmu full-time jew part-time. L-akbar numru huwa dak ta’ Taljani – 5,180 – u warajhom l-Ingliżi – 3,985.
Ħaddiema minn pajjiżi mhux membri tal-unjoni hawn 8,492. L-aktar huma Filippini – 1,468.
Skont Jobsplus, fl-aħħar ta’ Awissu kien hemm 74 persuna minn pajjiżi tal-unjoni qed jirreġistraw. L-aktar għadd kien ta’ Taljani (20) u l-ingliżi (14).