Sal-aħħar ta’ Settembru li għadda kien hemm ħames mija u għaxar persuni jiskontaw sentenza fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.
Dan skont tweġiba parlamentari li ta l-Ministru għall-Intern Byron Camilleri.
Mill-istess tweġiba parlamentari sar magħruf ukoll li fl-2019 kien hemm seba’ mitt priġunier jiskonta sentenza ta’ ħabs u s-sena l-oħra kien hemm tmien mija u sittax-il persuna b’kundanna ta’ ħabs.
Sal-lum ukoll, mill-bidu tas-sena, hemm seba’ mija erbgħa u tmenin priġunier li temmew is-sentenza u b’hekk ħarġu mill-ħabs.
Is-sena l-oħra kienu disa’ mija u tmenin persuna li temmew is-sentenza ta’ ħabs tagħhom filwaqt li fl-2019, kien hemm tmien mija u sittax-il persuna li temmew is-sentenza ta’ ħabs.