Madwar 50,000 persuna f’Hannover ingħataw ordni biex jevakwaw djarhom hekk kif esperti ntbagħatu fuq il-post biex jiddiżattivaw ħames bombi tat-Tieni Gwerra Dinjija.
L-operazzjoni hi meqjusa bħala t-tieni l-akbar tat-tip tagħha li saret fil-Ġermanja.
Il-binjiet li qed jiġu evakwati jinkludu seba’ djar tal-anzjani, klinika u impjant li hemm fil-viċinanzi.
Hu mifhum li x’aktarx, sa wara nofsinhar, ir-residenti affetwati se jkunu jistgħu jirritornaw lura fi djarhom.
Il-belt ħejjiet programm mżewwaq b’turs fil-mużewijiet, films tat-tfal, u kif ukoll avvenimenti sportivi sabiex jgħinu lil dawk li huma affetwati jqattgħu dan il-jum bl-aħjar mod possibbli.