Statistika ppublikata mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika turi kif f’ pajjiżna 5,000 persuna ħarġu mir-riskju ta’ faqar u esklużjoni soċjali.
Il-persentaġġi juru kif fl-ewwel sentejn ta’ din l-amministrazzjoni, sar progress sostanzjali. Jispikka l-fatt li r-riskju ta’ faqar u esklużjoni soċjali fost dawk taħt it-18-il sena naqas għal 28% minn 32% qabel il-bidla fil-Gvern – dan ifisser tnaqqis ta’ kważi 3,000 persuna.
Riżultat pożittiv ieħor huwa dak irreġistrat fost il-familji taħt l-etá tal-pensjoni hekk kif kien hemm ukoll titijib fir-riskju ta’ faqar u esklużjoni soċjali f’din il-faxxa tas-soċjetá. Din l-istatistika uffiċjali tindika li fl-ewwel sentejn ta’ din l-amministrazzjoni d-dħul disponnibli ta’ familja medja tjieb b’ €2,500, li jfisser żieda ta’ 25% miż-żieda osservata fl-aħħar sentejn.