Il-Pulizija Niġerjana qalet li salvat kważi ħames mitt ruħ minn ġewwa skola Iżlamika fejn hu mifhum li kienu qed jiġu ttorturati.
In-nies salvati minn ġewwa ċ-ċentru li jinsab fil-villaġġ ta’ Kaduna kienu kollha irġiel u tfal subien. Il-pulizija spjegat kif saħansitra wħud minnhom instabu marbutin bil-ktajjen.
Uħud mill-ostaġġi kien għad kellhom biss 5 snin u wħud mill-grupp spjegaw mal-Pulizija kif fost affarijiet oħra kienu abbużati sesswalment u miżmuma bil-ġuħ.
Tmien suspettati ġew arrestati b’rabta ma’ dan il-każ b’ħafna minnhom kienu għalliema.