Matul il-jum tal-Ħadd madwar 500 viżitatur żaru Borg in-Nadur, wieħed mill-aħħar tempji ta’ żmien il-Bronż li jħares fuq il-bajja ta’ San Ġorġ.
Crew ta’ ONE News żar is-sit fl-eqqel ta’ open day il-Ħadd, fejn hemmhekk stajna naraw kif il-viżitaturi ssaħħru b’din il-parti tal-istorja ta’ pajjiżna. Uħud min-nies li tkellimna magħhom qalulna:
- “Tinteressani ħafna l-istorja ġifieri dawn l-attivitajiet ta’ Heritage Malta ma tantx nitlfihom.”
- “Verament affarijiet interessanti għax hawn affarijiet li anqas fil-kotba ma qrajniehom.”
- “Qatt ma ġejt hawn. Hekk irrid nesplora naqra u nkun naf iktar fuqhom.”
- “Allura llum ħadt l-okkażjoni peresli kien miftuħ u ġejt hux.”
- “It is a beautiful place. It is a really beautiful place I have been here a few times so.”
- “Aħna nħobbu ħafna mmorru f’postijiet hekk storiċi ta’ Malta u tħajjarna niġu hawnhekk għax qatt ma ġejt.”
- “Jiena studenta tal-istorja ta’ Malta u dawn l-affarijiet jinteressawni ħafna għax titgħallem iktar dwar l-istorja tagħna.”
Wieħed seta’ wkoll jixtri diversi prodotti lokali li għandhom rabtiet ma siti storiċi ta’ Heritage Malta. Fosthom għasel li jiġi miżmum f’Tas-Silġ, il-Ġgantija, San Pawl Milqi u Għar Dalam, u ktieb tat-tpinġija mnebbaħ mis-serje Animalta li jixxandar fuq ONE.
Il-viżitaturi faħħru dawn l-inizzjativi u tennew kif dawn huma ta’ benefiċċju mhux biss għal Maltin imma anke għad-diversi turisti li jżuru pajjiżna. Persuna oħra li tkellem magħhom dan l-istazzjoni, stqarrew:
- “Irridu ngħarfu l-istorja tagħna biex nkunu nafu aħna pajjiżna verament x’joffri u nistgħu niftaħru bih.”
- Meta konna żgħar qisek bħal speċi taħrabhom imma issa li tkun kbira jtik interess li tkun taf iktar fuq pajjiżek.”
- Hija opportunità sabiħa li anke min pereżempju minn postijiet oħra tista tkun ħaġa sabiħa anke għat-turisti.”
- This is another gem. This is such a nice country and everywhere should be like this.”
- Mhux biss il-Maltin jitgħallmu l-Heritage tagħna imma anke nies minn barra jiġu hawnhekk u jitgħallmu iktar dwarna l-Maltin.”