Madwar ħames mitt persuna tressqu l-qorti akkużati li kienu nvoluti wara l-attentat ta’ kolp ta’ stat fit-Turkija s-sena li għaddiet.
Uħud mill-akkużi jinkludu l-attentat ta’ qtil tal-President Tork Recep Tayyip Erdogan.
Hekk kif uħud minnhom waslu l-qorti, intlaqgħu min-numru ta’ protestanti jgħajtu li jriedu l-piena kapitali.