Ikla li fissret ħafna, li flok qattgħu l-Milied waħedhom, iċċelebraw flimkien dan il-jum speċjali li nfakkru t-twelid tas-sidna Ġesù Kristu.
Dan hu l-għan ewlieni li għalih ta’ kull sena, il-Caritas reġgħet organizzat l-ikla tal-Milied mingħajr ħlas.
L-ikla saret fil-Kurja tal-Floriana, fejn hemmhekk kien hemm atmosfera brijuża għal dawk preżenti.
Id-direttur tal-Caritas Anthony Gatt, spjega kif din hija ikla waħda speċjali għalihom, anke għaliex persuni li qed isegwu programm ta’ rijabilitazzjoni fil-Caritas jgħinu fil-preparamenti tagħha.