Ix-xufiera tat-taxis żammew l-appuntament tagħhom ma’ għexieren ta’ tfal li għal xi raġuni jew oħra jinsabu ’l bogħod minn darhom u l-familja tagħhom u jgħixu fi djar tat-tfal.
B’differenza għal ġranet oħra, iċ-ċkejknin kellhom jum mimli attivitajiet.
Kollox beda għall-ħabta tat-8 ta’ filgħodu, meta t-tfal ħadu l-kolazzjon u semgħu quddies.
Huma marru jaraw film iċ-ċinema u aktar tard wara l-ikla ta’ nofsinhar se jkollhom festin.
Evidenti l-ferħ fuq wiċċ it-tfal, u x-xufiera li tkellimna magħhom qalulna li jkunu qed jistennew din il-ġurnata daqs iċ-ċkejknin.
Soru li tkelmet magħna qaltilna li bis-saħħa ta’ dawn ix-xufiera u l-inizjattiva tagħhom, it-tfal iħossuhum speċjali.