F’Mejju għadda mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta 476,575 passiġġier, li jfisser tkabbir ta’ 7.8% fuq l-istess xahar is-sena li għaddiet. Dan ir-rekord ta’ passiġġieri jfisser li l-ajruport laħaq il-50 xahar konsekuttiv ta’ żieda fin-numru ta’ passiġġieri.
Fi stqarrija ntqal li ċ-ċifri pożittivi rreġistrati f’Mejju rriżultaw minn żieda fis-seats disponibbli fuq it-titjiriet ta’ 4.9% wara t-tnedija ta’ rotot ġodda u żieda f’xi titjiriet lejn ċerti destinazzjonijiet popolari.
L-aqwa ħames swieq għal Mejju baqgħu l-istess bħal f’April, bir-Renju Unit jokkupa l-ewwel pożizzjoni segwit mill- Italja, il-Ġermanja, Franza u l-Polonja.