Ħamsin student ta’ bejn l-erbatax u sbatax-il sena temmew b’suċċess kors fi ħdan il-Forzi Armati, li permezz tiegħu tgħallmu affarijiet essenzjali li jistgħu jiltaqgħu magħhom tul ħajjithom.
Dawn l-istudenti kellhom programm ta’ tliet ġimgħat u kellhom taħriġ f’diversi servizzi u snajja’, fejn kienu mitlubin juru l-kapaċità fiżika u psikoloġika tagħhom u kif jistgħu jsolvu sitwazzjonijiet fuq bażi individwali u b’mod kollettiv.
Dawn l-istudenti ngħatalhom ċertifikat mill-Ministru għall-Intern, Byron Camilleri, il-Ministru għall-Politika Soċjali, Michael Falzon, u mill-Kap Kmandant, Clinton O’Neill.