50 sena ilu propju fis-17 ta’ Awwissu 1967, Malta proġġiet fuq il-mejda tan-Nazzjonijiet Uniti proposta li rriżultat fil-Konvenzjoni fuq il-Liġijiet tal-Baħar iktar magħrufa bħala UNCLOS. Fakkar dan il-Professur David Attard, Direttur tal-Istitut Internazzjonali tal-Liġi Marittima (IMLI) wara laqgħa mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ, Carmelo Abela.
Kien Dr Arvid Pardo li fformalizza l-proposta lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti li tat bidu għad-dottrina tal-wirt kommuni tal-bnedmin.
Se tkun qed tiġi organizzata attivita’ li tikkommemora dan l-anniversarju.
Il-Ministru Carmelo Abela tkellem dwar l-importanza li l-wirt kommuni jinkorpora fih il-qsim ta’ affarijiet komuni, li illum jinkorpora fih l-ambjent u jestendi anke għall-ispazju.
Il-Ministru Abela u l-Profs Attard ddiskutew inizjattivi li Malta tista’ tieħu sabiex issaħħaħ l-liġi marrittima internazzjonali.