Bħal donnu l-attakki terroristiċi qed isiru xi ħaġa normali u li naraw ta’ kuljum.
Splużjoni waqt tieġ fil-miftuħ fil-belt Torka Gazianterp qatlet minn tal-inqas 50 persuna filwaqt li ħalliet 100 persuna oħra midruba. Dan intqal mill-gvernatur tar-reġjun.
L-Istat Iżlamiku qal li kien responsabbli għal dan l-attakk, attakk li kien deskritt bħala terrur.
Din l-isplużjoni ħasdet il-ħajja ta’ bosta persuni, minn festin ta’ ċelebrazzjoni u ferħ spiċċa wieħed ta’ biża u mewt. L-isplużjoni seħħet f’parti tal-belt fejn ħadna studenti universitarji jgħixu, filwat li nstemgħet mal-belt kollha.