50 persuna mietu fi splużjoni qawwija f’moskea f’Kabul. Din l-isplużjoni hija parti minn sensiela ta’ attakki fuq persuni ċivili fl-Afganistan matul ix-xahar qaddis tar-Ramadan.
L-attakk seħħ hekk kif numru ta’ Sunni Musulmani nġabru għat-talb il-Ġimgħa waranofsinhar.
Il-kap tal-moskea qal, li raġel li kellu t-tir li jwettaq attakk suwiċidju, ingħaqad magħhom fiċ-ċerimonja tat-talb.
Huwa ddeskriva x-xena ta’ terrur li ra quddiemu, b’numru ta’ katavri mitluqin ’l hemm u ’l hawn. Qal ukoll li fost il-mejtin hemm neputijiet tiegħu.