Ħamsin familja se jibbenefikaw minn xogħol ta’ tisbiħ tal-Housing Estates f’Ta’ Pennellu fil-Mellieħa.
F’messaġġ fuq Facebook is-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes spjega kif b’investiment ta’ €400,000 saru xogħlijiet ta’ rinnovar u manutenzjoni fuq il-faċċati u l-bjut ta’ din il-housing estate.