Skont statistika Ewropej, 5% tal-pazjenti li jidħlu l-isptar għall-kura ilaqtu infezjoni. Din hi l-informazzjoni li ngħatat waqt konferenza li saret aktar kmieni llum dwar l-kontroll tal-infezzjonijiet fl-sptarijiet.
Il-konferenza saret f’ San Vincenz De Paul fejn fiha hemm mal-1,200 resident.
Waqt din il-konferenza esperti mediċi fl-infezzjonijiet spjegaw lill-ħaddiema li jahdmu f’dan il-qasam dwar il-kontroll tal-infezzjonijiet u l-prevenzjoni.
Fl-istess waqt esperti mediċi appellaw lill-pubbliku biex jekk ikunu morda ma jmorrux jaraw pazjenti fl-isptarijiet.