Floyd Attard ta’ 34 sena kien ikkundannat sentenza ta’ ħames snin ħabs wara li ammetta li f’Marzu tas-sena 2017 seraq minn żewġt iħwienet: €600 u ċwievet tal-karozzi minn ħanut li jbigħ pompi tal-ilma f’Ħ’Attard u €70 minn ħanut li jbigħ prodotti ta’ kostruzzjoni fil-Marsa.
Attard kien akkużat li wettaq ir-reati waqt li kien qiegħed bi probation, kif ukoll li huwa riċediv.
Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Doreen Clarke, innutat dan u għalhekk ikkundannatu sentejn ħabs fuq iż-żewġ serqiet ta’ Marzu, kif ukoll tliet snin fuq ir-reati l-oħra.