Mill-4 ta’ Lulju, il-programm INDIGO ser ikun il-kumpanija ta’ kuljum għas-segwaċi ta’ ONE matul is-sajf ta’ din is-sena. INDIGO ser ikun programm ta’ informazzjoni, tagħrif u mistiedna differenti li ser jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa mill-5pm sa’ qabel il-bulletin ta’ ONE News.
Marisa D’Amato ser tippreżenta l-programm kull nhar ta’ Tnejn filwaqt li Joseph Agius, wiċċ ġdid għall-preżentazzjoni ser imexxi l-edizzjoni tat-Tlieta. Svetlana Muscat tirritorna fuq ONE wara nuqqas ta’ diversi skedi u ser tkun qed tmexxi l-programm tal-Erbgħa. Josette Sciberras fil-ġurnata tal-Ħamis filwaqt li Clifford Galea jikkonkludi l-ġimgħa.
Segwi l-promozzjoni ta’ INDIGO hawn: