Fl-aħħar 24 siegħa, 5 persuni fiequ mill-Coronavirus f’pajjiżna, filwaqt li 15 persuna oħra rriżultaw fil-pożittiv għal dan il-virus.
It-total ta’ nies imfejqa tela’ għal 465 persuna. Il-każijiet attivi bħalissa huwa ta’ 113.
Il-każijiet ġodda rriżultaw minn 1670 il-test.
Sa issa b’kollox saru 54,866 test għall-Coronavirus.
Hekk kif nhar il-Ġimgħa se jerġħu jiftħu r-ristoranti u ħwienet tas-sbuħija fost oħrajn, il-Professur Gauci appellat sabiex kulħadd isegwi l-protokolli.
“Bħalissa qegħdin fil-fażi ta’ transizzjoni. Bħal ma qegħdin taraw aħna qegħdin nieħdu l-miżuri kollha ta’ mitigazzjoni. U nappellaw biex kulħadd isegwi dawn il-miżuri ta’ mitigazzjoni.”
Il-Professur Gauci qalet li meta wieħed isegwi l-pariri tal-awtoritajiet tas-saħħa nkunu nistgħu nkomplu bil-ħajja tagħna f’normalità ġdida.
“U b’hekk nkunu nistgħu naddattaw il-ħajja tagħna f’normalità ġdida u nkomplu bil-ġurnata tagħna.”