5 persuni ngħataw multa ta’ €100 kull wieħed waqt ir-rondi kontinwi li l-Pulizija qed tagħmel biex tassigura li ma jkunx hemm ġemgħat t’aktar minn 4 persuni f’postijiet pubbliċi skont l-avviż legali li ħareġ il-Gvern.
Intant, ħadd ma nstab jikser il-kwarantina obbligatorja fl-408 spezzjonijiet li saru fl-aħħar 24 siegħa. L-appell jibqa’ dak li kulħadd ikun responsabbli u jikkopera mad-direttivi li qed jingħataw mill-awtoritajiet.