5 persuni mit-13-il każ ta’ Coronavirus li ġew kkonfermati llum, kienu infettati minn persuna oħra li kellha s-sintomi tal-Coronavirus u li xorta marret għax-xogħol.
Qalet dan is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika l-Professur Charmaine Gauci hekk kif sostniet l-importanza li l-pubbliku jibqa’ f’daru.
Dwar dan il-każ partikolari, is-Supretendent Gauci qalet li 3 persuni ġew infettati minn fuq il-post tax-xogħol wara li persuna li ttestja fil-pożittiv għall-Coronavirus, mar għax-xogħol meta kellu s-sintomi.
B’riżultat ta’ dan ittieħdu wkoll żewġ persuni relatati ma’ dawn il-persuni li ttieħdu minn fuq il-post tax-xogħol.
B’hekk il-Professur Gauci spjegat li minn każ wieħed issa hemm cluster ta’ 6 minn nies. Hija spjegat kif din tissejjaħ 2nd generation transmission.