M’hijiex l-ewwel darba li Malta ntagħżlet bħala l-post ewlieni sabiex jinġibed film mondjali iżda din id-darba xtutna mhux ser jilbsu maskla b’identita differenti.
Għall-ewwel darba, Malta ser tiġi murija kif inhi, b’identita Maltija għall-aħħar għaliex għandha parti prinċipali f’film ta’ Bollywood.
B’xenarju Mediterranju liema bħalu, id-Direttur tal-film Ali Abbas Zafar, stqarr magħna li Malta kienet il-post perfett għal dan il-film hekk kif il-pajjiż jikkumplimenta sew ix-xenarju tal-istorja:
When we were trying to scout the locations for the film Bharat, i was very clear that I wanted to go somewhere very close to the Mediterranean. Also, Malta has a beautiful port and in the film there’s a chapter of navy where these sailor boys come and land in Malta and a very important part of the film is set here so when we scouted the location for Malta it was something which was very beautiful which kind of fit in the setting of the film and that’s why we are here shooting.
Id-direttur kompla billi qal, li xenarji f’film jaf ikunu illoġiċi iżda l-entitajiet Maltin iffaċilitaw dan il-proċess.
It’s been great I think the facilitation that we’ve got here from the local production, from the city, from the authorities has been a great support, I think we’ve got really good stuff that we’ve shot here, people are really good and they’re really commodative, usually film shoot can be very illogival because of our setup but i think everyone has contributed really highly for this.
Fl-aħħar qalilna li verament jinsab ħerqan sabiex jerġa’ jirritorna Malta u jaħdem fuq film tal-azzjoni.
I told Winston who’s the local line producer that I’m dying to come here and shoot an action film here.
Il-Ministru tat-Turiżmu Konrad Mizzi stqarr li dan il-film huwa investiment importanti sabiex Malta tkompli ssaħħaħ ir-relazzjonijiet tagħha mal-Indja kif ukoll sabiex Malta tkompli turi lid-dinja l-potenzjal tagħha għal din l-industrija.
Dan huwa film importanti ħafna. Aħna bħala ministeru flimkien mal-Film Commission nedejna strateġija biex flimkien nattiraw iktar films ta’ Bollywood lejn pajjiżna. Dan huwa suq importanti ħafna. Kellan it-‘Thugs of Hindustan’ ftit żmien ilu u dan huwa t-tieni major production li hawn ġewwa pajjiżna. Il-ħaġa sabiħa dwar dan il-production huwa li t-tema hija dwar Malta iġifieri t-tema hija sabiħa ħafna u allura n-nies ġewwa l-Indja se jisimgħu kanzunetti u xeni dwar Malta, u ser isiru jafu aktar dwar il-pajjiż. Jiena ċert li dan il-movie se jwassal għal aktar interaction u aktar interess ġewwa l-Indja lejn pajjiżna.
Min-naħa tiegħu, Johann Grech, il-kummissarju tal-films qal li hawn interess kbir f’pajjiżna mhux biss minn bollwood iżda anki minn hollywood:
Qed insibu interess tajjeb kemm bħala Malta fil-locations tagħha kif ukoll fil-Malta Film Studios li għandna t-tankijiet, water tanks tagħna huma litereally magnet għall-industrija tal-films.