Fl-ewwel kwart tal-2023 seħħew ħames imwiet inqas fit-toroq ta’ pajjiżna, meta mqabbel mal-istess perjodu s-sena li għaddiet.
Dan ħareġ minn ċifri mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, li juru li b’kollox f’dan l-istess perjodu l-inċidenti tat-traffiku f’pajjiżna laħqu t-tliet elef tmien mija tnejn u għoxrin: żieda ta’ madwar sitta fil-mija fuq l-2022.
Il-persuni li weġġgħu f’dawn l-inċidenti ammontaw għal tliet mija sebgħa u sittin. Minn dawn, sitta u disgħin weġġgħu gravi, bi tnejn u ħamsin ikunu sewwieqa, tmienja jkunu passiġġieri, u sitta u tletin ikunu nies li kienu mexjin u ċiklisti, fost oħrajn.
Aktar minn sebgħa u sebgħin minn dawk li weġġgħu kienu rġiel, filwaqt li l-fatalitajiet kollha kienu rġiel.