Ħames ħaddiema tilfu ħajjithom wara li ttajru minn ferrovija fl-Italja.
Il-vitttmi li kellhom bejn it-22 u l-52 sena, kienu qed jaħdmu fl-ewwel binarju tal-ferrovija. Il-ferrovija ma kellha l-ebda passiġġieri abbord fuqha u kienet ġejja minn Alessandria.
Il-ferrovija għaddiet mill-istazzjon ta’ Brandizzo f’Turin u kienet għaddejja b’veloċità ta’ 160 kilometru fis-siegħa.
Is-Sindku Paolo Bodoni qal li bħalissa għaddejja investigazzjoni u ddeskriva dan l-inċident bħala wieħed traġiku.
Żewġ ħaddiema oħra li kienu preżenti waqt l-inċident ħelsuha ħafif imma ttieħdu l-isptar għall-osservazzjoni.