Fit-tielet kwart ta’ din is-sena, in-numru taʼ nies li kellhom xogħol kien ta’ aktar minn tliet mija u għoxrin elf, li hu ħamsa fil-mija ogħla meta mqabbel mal-istess perjodu s-sena l-oħra.
Dan joħroġ minn ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-NSO, fejn ukoll sar magħruf li s-salarju bażiku medju fix-xahar tal-impjegati kien ivarja minn elf u mitejn ewro qalb in-nies fʼxogħlijiet elementari għal tlett elef ewro fost dawk fil-livelli maniġerjali.
Jirriżulta li, fost il-persuni li qed jaħdmu, 38.1 fil-mija għandhom livell taʼ edukazzjoni terzjarja.
Sa Settembru, il-qgħad kien taʼ 3.1 fil-mija. Kważi 44% ta’ dawk li ma kinux attivi fis-suq tax-xogħol, ir-raġuni ewlenija tagħhom kienet għax laħqu l-età tal-irtirar jew għażlu li jirtiraw qabel iż-żmien.