Il-Kumpanija Apple kienet imwaqqfa minn Steve Jobs, Steve Wozniak u Ronald Wayne nhar l-1 ta’ April 1976 bl-ewwel prodott ikun Apple I, iddisinjat u mibni bl-idejn minn Wozniak u li aktar tard kien mibjugħ bħala motherboard waħdu, jiġifieri mingħajr kaxxa, tistiera jew monitor.
Dak iż-żmien dan il-prodott kien offra kunċett ġdid u innovattiv, kompjuter personali li wieħed seta’ jippossjedi u jopera.
L-Apple I, inizjalment kien ġie mibjugħ lil dilettanti minn ħanut żgħir tal-kompjuters f’Kalifornja, il-bidu ta’ revoluzzjoni fl-informatika personali.
Fl-1977, il-kumpanija pproduċiet l-Apple II, wieħed mill-ewwel mikrokompjuters immanifatturat għall-massa li għamel suċċess. L-Apple II kellu grafika bil-kulur u arkitettura miftuħa li kkontribwixxa b’mod sinifikanti fl-isplużjoni tal-popolarità għall-kompjuters personali.
Il-viżjoni ta’ Jobs u Wozniak li jagħmlu t-teknoloġija disponibbli għall-massa stabilixxiet il-filosofija fundamentali ta’ Apple, dik ta’ disinn faċli għall-utent.
Matul is-snin Apple kompliet tiddefinixxi mill-ġdid diversi industriji bi prodotti innovattivi bħal Macintosh, iPod, iPhone u IPad.
Illum, Apple Inc., hija mexxej globali fit-teknoloġija, magħrufa sew għall-innovazzjoni u l-lealtà qawwija tal-marka, kontinwità tal-legat li beda f’garaxx żgħir f’Cupertino, Kalifornja.