Fl-2016 kien hemm 49 persuna li tressqu l-Qorti fuq każi ta’ reati ta’ pedofelija, bil-maġġoranza tagħhom irġiel Maltin. Filfatt, minn dawn il-persuni, 36 kienu rġiel Maltin, 6 irġiel barranin filwaqt li kien hemm ukoll ħames nisa Maltin u żewġ nisa barranin.
Il-maġġoranza tal-każijijiet għadhom sub judice, jiġifieri ma jistgħux jiġu diskussi fil-pubbliku hekk kif il-każ għadu qed jinstema’ fil-Qorti, il-każijiet li għalihom ingħatat is-sentenza jvarjaw u jinkludu ordnijiet ta’ probation, liberati b’kundizzjoni, priġunerija u ordni ta’ trattament u sentenzi ta’ ħabs sospiżi.
Dan qalu l-Ministru Carmelo Abela fi tweġiba parlamentari għall-mistoqsija tad-Deputat Anthony Agius Decelis.