Il-Pulizija, flimkien mas-Servizzi tad-Detenzjoni komplew bl-infurzar tagħhom ilbieraħ, bil-għan ta’ iżjed ħidma għall-komunitajiet. Fi stqarrija, mill-Pulizija ntqal li tħabbat li 49 persuna nstabu jgħixu b’mod irregolari f’Marsalforn u r-Rabat Għawdex.
Dawn huma ta’ nazzjonalitajiet Afrikani u tal-Lvant tal-Ewropa ttieħdu minnufih lejn Malta biex jinżammu fiċ-Ċentru ta’ Detenzjoni, u minnufih beda l-proċess ta’ ritorn lejn il-pajjiż tal-oriġinu jew li legalment jistgħu jgħixu fih.
Fl-aħħar jiem, persuni oħra misjuba jgħixu b’mod irregolari f’Ħal Qormi wkoll ġew imkeċċija minn Malta.
Intqal li l-Pulizija determinati li jibqgħu jagħtu prijorità lis-sigurtà fil-qalba tal-lokalitajiet Maltin u Għawdxin, fejn għalhekk se tibqa’ tkun imsaħħa ż-żamma tal-ordni u s-servizz għan-nies li fil-maġġoranza tagħhom huma ċittadini onesti li josservaw l-ordni pubblika.