“48 siegħa surreali… mir-rebħa fi-Malta Eurovision Song Contest għall-inċident tat-traffiku u spiċċajt l-isptar.” Hekk qalet ir-rebbieħa tal-Malta Eurovision Song Contest, Miriana Conte, fuq il-midja soċjali.
Qalet li l-vjaġġ tagħha f’din il-kompetizzjoni kien wieħed emozzjonanti u minkejja l-kritika kollha li saret, irnexxielha.
Conte qalet li l-kanzunetta ‘Kant’ ma kinitx terbaħ li kieku n-nies m’emmnux f’din il-kanzunetta u rringrazzjat lil dawk kollha li kienu magħha f’dan il-vjaġġ.
Miriana Conte rringrazzjat ukoll lit-tim mediku, kemm dawk tal-ambulanza u anki dawk ġewwa l-Isptar Mater Dei li ħadu ħsiebha.
Conte għalqet il-messaġġ tagħha li r-rebħa tagħha hi għal Malta u tħares ‘il quddiem li tirrappreżenta lil pajjiżna f”Mejju li ġej, f’Basel, l-Iżvizzera.
AQRA AKTAR: