Il-Kap Eżekuttiv ta’ Google ikkonferma li 48 impjegat, inkluż 13-il persuna f’kariga maniġerjali, tkeċċew mix-xogħol minħabba allegazzjonijiet ta’ fastidju sesswali fl-aħħar sentejn.
Dan kien ikkonfermat minn Sundar Pichai, il-Kap Eżekuttiv ta’ Google, f’ittra lill-gazzetta The New York Times wara li ppubblikat artiklu li qal li l-moħħ wara Android, Andy Rubin, tkeċċa minħabba allegazzjonijiet ta’ imġieba mhux xierqa.
“Aħna mpenjati li nipprovdu post tax-xogħol sikur u inklussiv”, qal il-Kap Eżekuttiv fl-ittra tiegħu.