Illejla jibdew jintlagħbu t-tieni legs tas-semi finali tal-UEFA Champions League fejn Bayern Munich jilqgħu f’darhom lil Atletico Madrid wara li dawn tal-aħħar rebħu l-ewwel leg 1–0 b’goal skurjat minn Saul Niguez.
Il-kowċ ta’ Bayern Munich, Josep Guardiola ser ikun qed jagħmel minn kollox biex jirbaħ l-aħħar logħba tieghu ‘home’ hekk kif fl-istagun li ġej ser jingħaqad ma’ Manchester City.
Robben u Badstuber ser ikunu nieqsa għal Bayern filwaqt li Tiago huwa l-uniku player nieqes għall-Ispanjoli.
Il-partita ser tkun ikkontrollata mir-referee tork Cuneyt Cakir.
Għada hemm it-tieni leg l-oħra bejn Real Madrid u Manchester City. L-ewwel leg spiccat 0 – 0.