Mewt minn kull tlieta madwar l-Unjoni Ewropea setgħet tkun evitata fid-dawl ta’ teknoloġiji mediċi ġodda.
Skont l-Eurostat, 476 mewt hawn Malta matul l-2013 kellha l-potenzjal li tkun evitata – jiġifieri 42% mill-imwiet kollha. Dan il-kunċett huwa bbażat fuq l-idea li ċertu mwiet jiġi pospost bl-applikazzjoni ta’ servizz ta’ saħħa bbażat fuq l-aħħar għarfien. L-ikbar kaġun ta’ mwiet madwar l-Ewropa huwa marbut ma’ mard tal-qalb.
Madwar l-Ewropa, 1.7 miljun persuna taħt il-75 sena mietet fl-2013. L-iktar pajjiżi b’rata ta’ mewt li setgħet ġiet evitata huma r-Rumanija, Latvija, Litwanja u Slovakkja. L-inqas pajjiżi huma Franza, Danimarka, il-Belġju u l-Olanda.