It-28 ta’ Diċembru tal-1977, bħal-lum 47 sena ilu. Pakkett b’ittra bomba li wasal għand il-familja tal-Professur Edwin Grech, fid-dar tal-familja f’San Ġwann ħasad il-ħajja ta’ Karin Grech, tfajla ta’ 15-il sena.
Ħajjet il-ħajja ta’ Karin intilfet innoċentament fl-eqqel ta’ strike tat-tobba, li missierha, il-Professur Grech ma obdiex u baqa’ jagħti servizz lill-pazjenti.
Dan il-każ li ħasad pajjiż sħiħ kien seħħ, meta Karin fetħet pakkett imgeżwer f’karta tar-rigali tal-Milied.
Fil-ħin li fetħet dan il-pakkett tal-Milied, ħdejn Karin kien hemm ħuha Kevin u ftit wara li hi fetħet il-pakkett, il-bomba li kien hemm splodiet.
Karin ittieħdet l-isptar iżda sfortunatament mietet ftit tal-minuti wara.
Fil-quddiesa tal-funeral ikkonċelebrata mill-Arċisqof ta’ dak iż-żmien, il-Monsinjur Mikiel Gonzi kien sejjaħ dan l-att barbaru bħala l-ewwel attakk terrotistiku f’pajjiżna.
Dakinhar tal-qtil ta’ Karin Grech, it-Tabib Paul Chetcuti Caruana, li mbagħad kien deputat Laburista, kien irċieva pakkett b’ittra bomba iżda fortunament il-bomba ma ħaditx.
Il-każ tal-qtil ta’ Karin Grech baqa’ ma kienx solvut, iżda l-Qorti kienet iddikjarat li dan kien qtil politiku.
Il-Qorti kienet iddeċidiet li l-Gvern irid jagħti kumpens lill-familja ta’ aktar minn erba’ mitt elf ewro.
L-ebda kumpens ma seta’ jagħti s-serħan lill-familja Grech li tilfet tfajla għażiża għaliha.
Missier Karin, il-Professur Edwin Grech kien ilu jistenna ġustizzja għal aktar minn erba’ diċenji, iżda din baqgħet ma saritx.
Lil Karin u lill-missierha Edwin ma ninsewhomx.
Aqra wkoll: