874 karozza kienu spezzjonati mill-Pulizija dalgħodu mill-Pulizija mis-Sezzjoni tat-Traffiku, fosthom fl-inħawi ta’ Paceville, is-Swieqi, Pembroke, San Pawl il-Baħar, ix-Xemxija, il-Kappara, Ħal Qormi, il-Ħamrun u l-Imrieħel.
Il-Pulizija qalet li waqt dawn l-ispezzjonijiet ġew imħarrka u mwaqqfa madwar 46 sewwieqa minħabba ksur tar-regolamenti tat-traffiku.
Dawn jinkludu:
- 31 persuna b’sewqan eċċessiv;
- 3 persuni b’sewqan mingħajr liċenzja tas-sewqan valida;
- 4 persuni mingħajr polza tal-assigurazzjoni;
- 4 persuni mingħajr ċintorin tas-sigurtà;
- 2 persuni li kellhom il-liċenzja tal-vettura mhux valida;
- 2 persuni li kienu qegħdin isuqu vettura taħt l-effett tal-alkoħol, fost diversi ksur ta’ regolamenti oħra.