It-Tlieta filgħodu 46 rekluta ġdid bdew il-kors ta’ taħriġ mal-Korp tal-Pulizija ta’ Malta.
Iżda dan it-taħriġ għall-ewwel darba qed isir b’mod differenti, hekk kif qed jittieħdu l-prekawzzjonijiet kollha b’rabta mal-imxija.
L-ewwel ħaġa, ir-rekluti l-ġodda ngħataw informazzjoni dwar l-aħħar regolazzjonijiet u miżuri li ttieħdu fl-aħħar jiem favur is-saħħa u s-sigurtà tal-poplu Malti u Għawdxi.