46 persuna ta’ nazzjonalitajiet varji fosthom Maltin, Ewropej, Afrikani, Indjani u Amerikani ġew arrestati matul il-lejl li għadda b’rabta ma’ sejba tad-droga fil-Marsa. L-età ta’ dawn il-persuni tvarja bejn 16-il sena u 43 sena.
Fost id-droga li nstabet mill-pulizija mill-Iskwadra tal-Vizzji tad-Droga hemm ħaxixa u raża tal-kannabis, ecstasy, kokaina u droga sintetika.
Il-pulizija għamlu dawn l-arresti waqt tfittxijiet għall-għarrieda waqt attività ta’ divertiment fil-Marsa, matul il-lejl li għadda.
Dawn il-persuni ġew investigati u apparti dawk li diġà ħallsu l-multa, oħrajn mistennija jitressqu l-Qorti fil-jiem li ġejjin b’rabta ma’ pussess tad-droga.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.