Bħalissa t-telefonati fuq Freephone 153 ta’ servizz.gov żdiedu ferm iktar mill-medja ta’ 45,000 fix-xaharMinħabba dan l-influss qawwi ta’ telefonati, xi klijenti qed ikollhom jistennew biex it-telefonata tingħata l-attenzjoni meħtieġa fejn jidħlu mistoqsijiet dwar rifużjonijiet ta’ taxxa.
Servizz.gov jiskuża ruħu għal dan l-inkonvenjent. L-aġenzija qed tagħmel dak kollu possibbli biex is-servizz jerġa’ jiġi lura għan-normal.
Il-klijenti huma ġentilment mitluba li jsegwu l-istruzzjonijiet mogħtija mill-Freephone 153 biex jinqdew fl-iqsar żmien possibbli.