Propju fil 45 Anniversarju ta’ relazzjoni bilaterali bejn Malta u l-Albanija, il President Albaniz Illir Meta jinsab fuq żjara statali f’ pajjiżna għaddej b’taħdidiet bilaterali flimkien mal-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca. Laqgħa li bdiet b’ parata ċerimonjali mill-Forzi Armati ta’ Malta quddiem iż-żewġt Presidenti u l-Prim Ministru Joseph Muscat.
Il-President qalet li dawn kienu snin ta ħidma bilaterali li wasslu biex Malta u l-Albanija ħadmu dejjem id f id għall ġid taż-żewġt pajjiżi. Hi żiedet tgħid li pajjiżna jinsab kommess li jkompli jsaħħaħ ir-relazzjoni bejn iż-żewġt pajjiżi biex jiżdiedu l-opportunitajiet politiċi, ekonomiċi u kulturali.
Illir Meta, il President tar-Repubblika Albaniża qasam l istess ħsibijiet mal-President ta Malta filwaqt li faħħar il-mod li bih qed jimxi l quddiem pajjiżna minkejja d diffikultajiet ekonomici li għaddiet minnhom id dinja fl- aħħar snin. Il-President Albaniz żied jgħid li fil-laqgħat li kellu mal-President ta’ Malta, hu propona li jiġu amalgamati l-ħiliet taż-żgħażagħ Albaniżi mal-pjattaforma diġitali li joffri pajjiżna biex jingħata taħriġ fil-Microsoft Innovation Centre f’ Malta.
“One of Albanias biggest assets is its young and qualified population which makes it a rather attractive market in the it industry. In that context I proposed to President Preca. First taking the excellent experience from the Maltese diplomatic academy and replicate this type of aggreement with Microsoft Innovation Centre to train our students and civil servants”
Il-President ta’ Malta żiedet tgħid li preżentament Malta tikkontribwixxi lejn is-soċjetà Albaniża fosthom SOS Malta, il-kommunita tal-mużew u l-Caritas.
Waqt l-istess laqgħa iż-żewġt partijiet iddiskutew diversi setturi tan-negozju fejn jistgħu jaħdmu id f’ id iż-żewġt pajjiżi fosthom fis-servizzi finanzjarji, fil-gaming, l-edukazzjoni u t-taħriġ.