45 sena ilu, il-linja nazzjonali tal-ajru, l-Air Malta, operat l-ewwel titjira tagħha lejn Zurich fl-Iżvizzera.
It-titjira KM121 kienet operata bl-ajruplan Boeing 707 u telqet mill-ajruport l-antik ta’ Ħal Luqa lejn Zurich fit-3 t’April tal-1977.
Biex tfakkar dan l-anniversarju, l-Air Malta b’kollaborazzjoni mal-ajruport ta’ Zurich, organizzat avveniment fit-terazzin tal-ajruport, bl-ajruplani fl-isfond, bis-sehem tal-Konslu Onorarju għal Malta, operaturi tat-tours Żvizzeri, aġenti tal-ivvjaġġar u ġurnalisti.
Matul is-snin, ir-rotta kibret b’mod sostanzjali u mill-1977 ’l hawn, ivvjaġġaw fuq din ir-rotta, aktar minn miljun passiġġier.
Illum, il-linja tal-ajru topera servizz ta’ kuljum b’ajruplan Airbus A320.