Qorti fil-Libja kkundannat 45 persuna għall-mewt għaliex sparaw fuq folla li kienet qed tipprotesta kontra l-Kurunell Muammar Gaddafi fl-2011.
Dan kien ikkonfermat mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-pajjiż, li fakkret kif l-ikkundannati sparaw fuq folla pparteċipat fi protesta fi Tripli fl-irvellijiet tal-2011 kontra r-reġim ta’ Gaddafi.
Dan huwa l-ikbar numru ta’ persuni li ngħataw sentenza ta’ mewt minn meta twaqqa’ ir-reġim.
54 persuna oħra ngħataw sentenza ta’ ħames snin ħabs.