Fl-aħħar xhur kien hemm 449 applikazzjoni minn sidien ta’ bhejjem li jridu jsuquhom fit-triq. Dan skont ir-regolamenti l-ġodda dwar l-Użu t-Triq ta’ Bhejjem u etturi Miġbuda minn Bhima.
Jirriżulta li l-applikazzjonijiet li rċeviet huma mqassma kif ġej :
- 181 applikazzjoni għal-liċenzji ta’ vetturi miġbuda minn bhima għall-użu privat (srieken u xarretti)
- 20 applikazzjoni għal-liċenzji ta’ bhejjem ta’ rkib bis-sarġ
- 248 applikazzjoni għal-liċenzji tas-sewqan ta’ bhejjem u vetturi miġbuda minn bhejjem.
Kelliema għall- Ministeru għat-Trasport u Infrastruttura kkonfermat li “bħalissa, l-awtorità regolatorja, Transport Malta, qiegħda tipproċessa dwar l-applikazzjonijiet u qed tħejji biex jibdew l-ispezzjonijiet fuq il-vetturi kollha involuti.”
Irriżulta wkoll li Transport Malta qiegħda tħejji sejħa għall-approvazzjoni ta’ istituti għat-taħriġ tas-sewwieqa tal-karozzini u vetturi oħra miġbuda minn bhima, kif ukoll qiegħda tħejji dokument tekniku li jispeċi ka d-dehra u l-qisien tal-karozzin tipiku Malti.
Dan huwa proċess li ra l-bidu tiegħu wara pressjoni li saret mill-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura, minħabba li dan is-settur qatt ma kien regolat qabel.