28 ta’ Diċembru 1977, 44 sena ilu.
Ġurnata sewda fl-istorja ta’ pajjiżna.
Karin Grech, tfajla ta’ ħmistax-il sena u bint it-Tabib Edwin Grech inqatlet innoċentament permezz ta’ ittra bomba.
F’dan iż-żmien, f’pajjiżna kien għaddej l-istrajk tat-tobba, li l-Professur Edwin Grech ma tax każ u baqa’ jagħti servizz lill-pazjenti.
Fi żmien ta’ festi, fid-dar tiegħu, il-Professur Grech irċieva pakkett imgeżwer f’karta tar-rigali tal-Milied.
Hawnhekk kienet Karin li fetħet il-pakkett u ftit wara l-bomba li kien hemm splodiet.
It-tfajla ta’ ħmistax-il sena ttieħdet l-Isptar San Luqa, iżda sfortunatament mietet ftit wara.
Waqt li ngħatat l-aħħar tislima lil Karin, l-Arċisqof ta’ dak iż-żmien, Monsinjur Mikiel Gonzi ddeskriva dan il-qtil bħala l-ewwel attakk terroristiku f’Malta.
Dakinhar tal-qtil ta’ Karin Grech, it-Tabib Paul Chetcuti Caruana kien irċieva wkoll pakkett b’ittra bomba, iżda fortunatament din ma ħaditx.
Sal-lum, il-każ ta’ Karin Grech għadu mhux solvut, iżda l-Qorti kienet iddikjarat li dan kien qtil politiku.