Erbgħa u erbgħin persuna oħra, instabu li kienu qed jgħixu f’pajjiżna b’mod irregolari.
Dan hekk kif komplew l-ispezzjonijiet b’rabta mal-immigrazzjoni irregolari mill-Pulizija u l-uffiċjali tas-Servizzi tad-Detenzjoni, din id-darba f’Marsalforn f’Għawdex.
Dawn il-persuni – mill-Ghana, min-Niġerja, mis-Sirja, mill-Gambja, mit-Togo, mill-Albanija, mill-Pakistan u mill-Burkina Faso, ittieħdu f’ċentru ta’ detenzjoni u mhux se jibqgħu f’pajjiżna.
Dawn l-ispezzjonijiet se jkomplu fil-jiem u ġimgħat li ġejjin.