Fi tmiem it-tieni kwart ta’ din is-sena kien hemm żieda ta’ 1.1% fl-ammont ta’ vetturi rreġistrati meta mqabbel mal-ewwel kwart ta’ din is-sena. Dan ifisser li hemm 365,483 vettura rreġistrata.
Skont stqarrija mibgħuta mill-Uffiċċju tal-Istatistika, informazzjoni miġbura minnTransport Malta turi li 78.6% tal-ammont totali kienu karozzi tal-passiġġieri, 13.5% kienu vetturi kummerċjali, 6.7% kienu muturi/quadricycles u ATV’s, filwaqt li minibuses u xarabanks ammontaw għal inqas minn 1%.
Dan ifisser li t-tieni kwart ta’ din is-sena ra żieda ta’ rata medja ta’ 43 vettura kull jum.
Tul dan il-perjodu nħarġu 6,449 liċenżja ġdida. Bil-maġġoranza tal-liċenzji, 4,751 – 73.7%, ħarġu għal karozzi tal-passiġġiera, segwiti minn 886 liċenzja għal sewwieqa ta’ muturi. Sewwieqa ġodda fit-toroq Maltin ta’ mutur ġodda jammontaw għal 3,136 – 48.6% mit-total, u sewwieqa ġodda ta’ muturi li kienu diġà fit-toroq jammontaw għal 3,316. Dan ifisser li kuljum kien hemm 71 vettura li kienet għadha kif ġiet illiċenzjata fl-istess perjodu.
Sal-istess perjodu, 221,273 vettura – 60.5% tat-total, kellhom magni petrol. Betturi b’magni diesel ammontaw għal 141,975 – 38.8% tat-total.