43 xufier kienu mwaqqfa mill-pulizija wara li kienu qed jiksru r-regoli tat-traffiku. Dan waqt spezzjonijiet li saru f’San Ġiljan u s-Swieqi. Uħud mis-sewwieqa kienu mmultati filwaqt li oħrajn se jitressqu l-qorti. B’kollox fi ftit sigħat kienu 117 is-sewwieqa li twaqfu mill-pulizija.
Fost il-ksur ta’ regoli kien hemm dawk li kienu qed isuqu taħt l-influwenza tax-xorb, sewqan perikoluż u vetturi mingħajr liċenzja.