Matul il-ġurnata tat-Tnejn, 43 persuna nqabdu f’ġemgħa ta’ aktar minn 3 persuni u weħlu multa ta’ €100 kull persuna.
Dawn l-ispezzjonijiet qed isiru ta’ kuljum waqt rondi tal-pulizija li qed jagħmlu madwar pajjiżna, minħabba l-imxija tal-Coronavirus.
Kull min jinstab jikser din il-liġi, jiġifieri jkunu fi gruppi ta’ erbgħa jew aktar jeħlu multa ta’ mitt ewro kull wieħed.